It-Taljan Jannik Sinner għadda għas-semi finali tal-Open ta’ Ruma wara li fil-kwarti finali għeleb lil Casper Ruud 6-0 6-1, fi prestazzjoni dominanti għall-aħħar mit-tennist ta’ 23 sena.
Il-kummenti ta’ wara l-partita mingħand Casper Ruud jixhdu d-dominanza ta’ Sinner f’dan id-dwell, bid-Daniż jiddeskrivi l-prestazzjoni ta’ Sinnner bħala “prestazzjoni viċin il-perfezzjoni.”
Sinner issa fis-semi finali jiltaqa’ kontra l-Amerikan Tommy Paul.
Intant aktar kmieni din il-ġimgħa Sinner iltaqa’ wkoll mal-Papa Ljun XIV f’Ruma fejn it-tnejn awguraw lil xulxin, bil-Papa jkun ammiratur kbir tal-isport tat-tennis.
//= $special ?>