Kunsilli Lokali Lokali

“Kompliċi” – kundanna enormi lejn il-Labour wara li seraq il-Kunsill Lokali tal-Għargħur

Id-Deputat Mexxej Laburista Alex Agius Saliba ġibed lejh kritika enormi wara li lbieraħ ħareġ jifraħ lis-Sindku l-ġdid tal-Għargħur Mariah Meli. Dan wara l-manuvra li saret mil-Labour biex jaħtaf f’idejh dan il-Kunsill Lokali – wara li fl-elezzjoni ta’ Ġunju li għadda ġab biss terz tal-voti.

Fuq Facebook, Agius Saliba kellu l-wiċċ jiftaħar b’din il-mossa antidemokratika. Iżda dan ġibed lejh baraxx ta’ kummenti.

Ħafna kienu dawk li kkundannaw lill-Partit Laburista għal din il-mossa, u insistew li Meli messha tistħi mxiet b’dan il-mod man-nies tal-Għargħur.

Oħrajn saħqu li din kienet manuvra li tmur kontra d-demokrazija.

“Dan serq u xejn iżjed”, kien wieħed mill-kummenti fuq il-mija soċjali.

Kien hemm ukoll min qal li l-Labour irid lill-pajjiż dittatorjat u li Alex Agius Saliba m’għandux biex jiftaħar.