Ewropa Lokali

“L-aqwa ambaxxaturi tal-lingwa Maltija” – Il-President Metsola tiltaqa mat-tradutturi tal-Malti

Il-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola iltaqgħet mat-tradutturi tal-Malti li jaħdmu fl-istituzzjoni Ewropea. F’laqgħa fi Brussell, il-President Metsola irringrazzjathom għax-xogħol imprezzabbli li jwettqu u ddeskriviethom bħala “l-aqwa ambaxxaturi tal-lingwa Maltija.”

“Kburija bit-tradutturi kollha tal-Parlament Ewropew. Bis-saħħa tagħhom, aħna l-Maltin u l-Għawdxin nistgħu naqraw dak kollu li jseħħ fil-Parlament Ewropew bil-lingwa tagħna,” saħqet il-President Metsola. Kompliet li bħala President tal-Parlament se tibqa’ tara kif jista’ jissahhah l-uzu tal-lingwa Maltija fil-fora Ewropej.

Waqt il-laqgħa, it-tradutturi tal-Malti qalu li huma kburin li għandhom l-opportunità li jittraduċu diskorsi tal-President tal-Parlament Ewropew li jittelgħu ukoll fuq is-sit elettorniku uffiċjali tal-Parlament.