Ir-Reds jinsabu viċin il-firma tad-difensur laterali Olandiż Jeremie Frimpong hekk kif se jattivaw il-klawżola ta’ €35,000,000. Dan l-akkwist jasal minħabba l-fatt li Trent Alexander-Arnold ħabbar li se jħalli l-klabb fl-aħħar tal-istaġun hekk kif ha jiskadilu l-kuntratt. Trent li ilu mal-klabb fuq għoxrin sena u ggradwa mill-akkadameija ta’ Liverpool, mistenni jingħaqad ma’ sieħbu tal-istess nazzjonalita’ Jude Bellingham f’ Real Madrid.
Frimpong huwa plejer offensiv li kien strumentali fir-rebħ tal-Bundesliga ma’ Bayer Leverkusen l-istaġun li għadda u fil-mixja tagħhom lejn il-finali tal-UEFA Europa League. L-Olandiż mistenni jingħaqad ma’ Liverpool anke minħabba l-fatt li l-kowċ tar-Reds Arne Slot huwa Olandiż, u għandu konessjoni tajba mad-difensur. Frimpong kapaċi jilagħab f’kwalunkwe pożizzjoni mal-faxxa leminija.
Din is-sena Frimpong lagħab 48 darba fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja ħames gowls u pprovda 12-il assist.
Huwa beda l-karriera tiegħu l-Ingilterra, ma’ Manchester City fejn hemm qatt ma’ lagħab mal-ewwel skwadra, u fl-2019 ingħaqad ma’ Celtic għal biss €380,000.
Frimpong ħalla lil Celtic fl-2021 biex ingħaqad ma’ Bayer Leverkusen għas-somma ta’ €11,000,000, u baqa’ hemm s’issa.
Celtic se jkunu qed jirċievu ammont sostanzjali tal-pagament li se jħallsu Liverpool lil Bayer, propju 30%. Xejn inqas minn €10,500,000, dan ifissser li globalment, Celtic ikunu qalgħu €21,120,000 minn fuq l-Olandiż, minkejja li ħalla l-klabb 4 snin ilu.
//= $special ?>