Miriana Conte għaddiet għal-Finali tal-Eurovision Song Contest ta’ nhar is-Sibt li se jsir f’Basel.
Bil-kanzunetta Serving, Miriana waslet il-pajjiżna sal-finali wara erba’ snin.
Issa, se tkun qed tikompeti mal-kumplament tal-kanzunetti li għaddew minn dan is-semifinali flimkien mal-10 kanzuneti li għaddew mill-ewwel semifinali, kif ukoll ma’ Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Iżvizzera.
Intant, fuq il-midja socjali, il-Kap tal-PN Bernard Grech ferħilha li rnexxielha tasal sal-finali.
//= $special ?>