Waqt intervista li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu fuq FLiving, hu ddiskuta l-iktar temi importanti f’pajjiżna, fosthom il-bejgħ taċ-ċittadinanza, is-saħħa, u Għawdex.
Dan il-podcast ma’ Karl Bonaci jagħti stampa aktar ċara dwar it-tmexxija serja li Bernard Grech qed imexxi biha flimkien mad-deputati Nazzjonalisti, anke jekk mill-Oppożizzjoni. B’din il-ħidma żgur li se tkompli ladarba tingħata l-fiduċja lill-Partit Nazzjonalista biex imexxi lil pajjiżna fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.
“Pajjiżna għandu bżonn partit alternattiv u l-Partit Nazzjonalista jinsab f’dan l-istadju”
Bernard Grech fakkar fl-isfidi kbar li l-poplu qed jgħaddi minnhom ta’ kuljum, fejn qed naraw żieda ta’ persuni li qed jgħixu fil-faqar, bi kwalità ta’ ħajja li dejjem sejra lura. U dan ukoll meta hemm anke żieda ta’ negozji li m’għandhomx fiduċja fid-direzzjoni li sejjer pajjiżna.
U quddiem dan kollu, huwa wiegħed investiment fis-settur tax-xogħol li jibbenifikaw minnu kemm il-ħaddiema u anke min iħaddem, bi kwalità ta’ xogħol u anke pagi li jrendu.
Bernard Grech insista li l-Partit Nazzjonalista qatt ma jbigħ l-identità Maltija, b’mod speċjali meta tqis li dan qed isir permezz ta’ skema illegali. Huwa fakkar kif dawn li qed jixtru ċ-ċittadinanza qed juru biċ-ċar li m’għandhomx il-ġid ta’ pajjiżna fuq moħħhom u b’hekk insista li “ċ-ċittadinanza tagħna qatt m’għandha tkun għall-bejgħ”.
U nsista li jiġri x’jiġri, hu jirrispetta u jħares dejjem id-demokrazija ta’ pajjiżna, b’referenza għall-aħħar żviluppi fil-Kunsill Lokali tal-Għargħur. B’Bernard Grech jinsisti li l-Partit Nazzjonalista “kien, għadu u jibqa’ jħares id-demokrazija”.
Partit Nazzjonalista li jaħdem ma’ kulħadd, inkluż mal-Partit Laburista għaliex f’għajnejh għandu biss il-mira li joffri kwalità ta’ ħajja aħjar.
“L-importanti għalija l-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi”
U kien hawnhekk fejn offra għadd ta’ proposti li jimplimenta la darba l-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern, fosthom li l-ewwel €10,000 fuq part-time u overtime jiġu eżenti mit-taxxa u anke joffri goverenza aħjar minn dik tal-Labour.
B’direzzjoni differenti għall-Għawdxin sabiex ikollhom vjaġġi iktar komdi bejn iż-żewġ gżejjer, fejn il-vapur Nikolaos jitneħħa u minflok jinġieb vapur li jgħaqdi l-ħtiġijiet tal-Għawdxin, filwaqt li jiżdied vapur ieħor, li jfisser ikollna ħames vapuri, b’dan tal-aħħar ikun jgħaqdi l-merkanzija minflok jieħdu spazju tal-passiġġiera. U dan anke b’rabta mas-settur tas-saħħa hekk kif saħaq li l-Għawdxin jixraqilhom servizz ta’ saħħa ta’ kwalità daqskemm jixraqilhom il-Maltin fuq il-gżira tagħhom.
Bernard Grech qal li bejn iż-żewġ partiti politiċi hemm differenza kbira li tapprova d-direzzjoni li pajjiżna jrid jieħu. Hu insista li bħalma diġà qiegħed jagħmel, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem ma’ kull invidividwu u organizzazzjoni għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>