Vladmir Putin mhux wieħed mid-delegati Russi mniżżla sabiex jattendu l-laqgħat għall-waqfien mill-ġlied fit-Turkija.
Wara li l-Ħadd li għadda l-President Russu ppropona negozjati diretti mal-Ukrajna, li kellhom isiru matul il-ġurnata tal-lum, il-President Ukren Volodymyr Zelensky stieden lil Putin sabiex dawn in-negozjati jsiru f’Istanbul fit-Turkija.
Iżda minkejja dan, il-President Russu ffirma lista ta’ persuni li se jkunu qed jattendu dawn il-laqgħat, b’Putin ma jkunx wieħed minn dawk imniżżlin fil-lista.
Tant hu hekk, li kelliem għall-Istati Uniti ddikjara li l-President Amerikan Donald Trump mhux ħa jkun qed jattendi dawn il-laqgħat ġaladarba Putin mhux ħa jkun preżenti.
Intant, preżenti għal-laqgħa f’Istanbul se jkunu Steve Witkoff u Keith Kellogg min-naħa tal-Istati Uniti, id-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barrain Russu Galuzin Mikhail Yuryevich u d-Deputat Ministru għad-Difiża Russu Alexander Fomin flimkien mal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky.
//= $special ?>