Futbol Sport

Real Madrid iħallsu d-€59 miljun klawżola tal-istilla promitenti Dean Huijsen mingħand Bournemouth

(Ritratt: EPA)

L-internazzjonali Spanjol ta’ 20 sena, Dean Huijsen irrifjuta numru ta’ offerti fl-Ingilterra biex se jkun qiegħed jingħaqad ma’ Real Madrid għas-somma ta’ €59,000,000, dan hekk kif il-Los Blancos attivaw il-klawżola minima li kellhu dan il-plejer.

Huijsen ingħaqad ma’ Bournemouth inqas minn 12-il xhar ilu, għas-somma ta’ €15,000,00 mingħand Juventus. Dan ifisser li ċ-Cherries għamlu kważi €40,000,00 qliegħ fuq wieħed mill-iktar plejer promitenti fil-futbol bħalissa.

Din is-somma se tinqasam bejn tlett klabbs, b’Juventus jieħdu 10%, ekwivalenti għall-€5,900,000 u Malaga jieħdu 5%, ekwivalenti għall-€2,950,000., filwaqt li Bournemouth jieħdu l-kumplament.

Los Blancos jixtiequ li jikkonkludi d-dettalji kollha sa qabel it-Tazza tad-Dinja tal-klabbs ix-xhar id-diehel, pero jidher li kollox huwa miftiehem anke bejn id-dirigenza ta’ Real Madrid u tal-plejer.

Real Madrid jidhru li se jkunu qed jirritornaw lura għall-aħjar tagħhom wara staġun deludenti, dan hekk kif bl-akkwisti kważi lesti ta’ Huijsen u Alexander-Arnold, kif ukoll it-tibdila fil-kowċ hekk kif se jingħaqad magħhom il-kowċ Xabi Alonso, hija turija ċara li Real Madrid jixtiequ jirritornaw lura jirbħu l-unuri.