Mara weġġgħet gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali f’Santa Venera lbieraħ filgħaxija.
Kienu għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart ta’ filgħaxija meta seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena residenti ż-Żurrieq u mutur Honda misjuq minn mara ta’ 22 sena residenti r-Rabat.
Fil-post isejjħu ambulanza u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li taw l-ewwel għajnuna tagħhom lis-sewwieq tal-mutur fejn aktar tard ittieħdet l-Isptar għal aktar kura.
Iż-żagħżugħa ta’ 22 sena ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Bil-Pulizija tkompli tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>