Wara li lbieraħ il-Labour seraq il-Kunsill tal-Għargħur, issa qed iżomm il-bini tal-Kunsill magħluq “minħabba aspett amministrattiv”.
L-avviż ħareġ fuq il-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali fejn kien iddikjarat li l-Kunsill se jkun magħluq matul il-ġurnata tal-Ħamis minħabba “aspett amministrattiv”.
L-Erbgħa filgħaxija l-Partit Laburista mar kontra r-rieda tar-residenti tal-Għargħur, u b’mossa sfaċċatament antidemokratika ġie jaqa’ u jqum mill-vot b’saħħtu tal-Għargħurin fl-aħħar elezzjoni lokali.
Dan hekk kif ilbieraħ għaddiet mozzjoni ta’ sfiduċja fis-Sindku tal-Partit Nazzjonalista Helen Gauci; mozzjoni mressqa mill-Kunsillieri tal-Partit Laburista u bil-barka tal-ogħla uffiċjali fl-amministrazzjoni tal-Labour – sabiex issa s-Sindku l-ġdid se tkun il-kunsilliera tal-Labour Mariah Meli, li f’Ġunju tal-2024 ġabet inqas minn minn nofs il-voti li kisbet Helen Gauci.
