Id-dħul mill-VAT fl-aħħar ħames snin baqa’ jiżdied u laħaq iċ-ċifra ta’ kwa/i €7.8 biljun. Is-sena li għaddiet biss inġabret f’VAT is-somma ta’ €1,989,293,293.
Jirriżulta wkoll f’informazzjoni li ta l-Ministru tal-Finanza għal mistoqsija parlamentar tad-Deputat Nazzjonalista Graham Bencini, li fl-2020 id-dħul mill-VAT kien ta’ €1,100,200,004; fl-2021 il-Gvern Laburista ġabar mill-VAT €1,325,451,256; fl-2022 inġabret is-somma ta’ €1,592,357,739; u fl-2023 inġabru f’VAT €1,766,983,597 għal total f’ħames snin ta’ €7,774,285,889.
Jirriżulta wkoll li fl-aħħar snin id-dejn irdoppja għal €11-il biljun. Dan iqajjem mistoqsijiet dwar kif il-flejjes qed jintefqu u kif dawn setgħu jintefqu aħjar. Dan id-dejn mhuwiex jintuża għas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent u t-traffiku iżda qed jintuża biex tkun finanzjata n-nefqa rikorrenti tal-gvern li mhijiex sostenibbli fejn il-budgets jiġu superati b’diversi miljuni.
//= $special ?>