Hospice Malta, f’position paper li preżentat illum, tat l-ewwel reazzjoni tagħha għad-diskussjoni li għaddejja dwar l-ewtanasja assistita.
F’komunikat lill-media, il-Hospice qalet li “l-aqwa rispons għat-tbatija tan-nies mhuwiex li tnaqqar il-ħajja, iżda li tagħti kwalità ta’ ħajja fl-aħħar stadju tal-ħajja sakemm tasal għat-tmiem naturali.
Intqal ukoll li l-ebda persuna m’għandha tħoss li l-ewtanasja hi l-unika għażla.
Filwaqt li tesprimi tħassib, il-Hospice qalet li għandna bħala pajjiż nibqgħu ninvestu fil-kura paljattiva għal min ikun qed jaffaċja mard terminali.
Id-dokument jitkellem ċar kontra dak li qed jiġi proposti, u jagħti numru ta’ rakkomandazzjonijiet: fosthom investiment f’aktar persuni imħarrġa, servizzi 24 siegħa kuljum, mediċini li jingħataw mingħajr dewmien, l-iżvilupp ta’ programmi edukattivi u kura ħolistika għall-pazjenti.
//= $special ?>