Il-Fondazzjoni ‘Oasi’ spjegat kif il-‘laughing gas’, qed juri żieda fil-popolarità tiegħu f’Għawdex u fuq uħud mill-ibliet tal-gżejjer Maltin.
Dan il-gass, jista’ jipproduċi effetti anestesiċi ta’ loppju, u jintuża bħala kura f’ċertu kundizzjonijiet medikali.
Fi stqarrija l-‘Oasi’ saħqet li l-użu illegali jinkludi liż-żgħażagħ li jieħdu dan il-gass minn bżieżaq – bi studji juru li dawn qed jittieħdu saħansitra fl-iskejjel mhux biss f’postijiet ta’ divertiment.
Huma fakkru li ftit ġimgħat ilu, żewġ persuni ġew imressqa fuq produzzjoni illegali ta’ dan il-gass.
L-‘Oasi’ spjegat li s-sistema legali mhux waħda ċara, għandhom isiru regolamenti ċari biex jitnaqqas il-periklu, inkluż l-aċċess li nies ta’ ċerta età ma jkunux jistgħu jixtru dan il-prodott, kontroll strett fuq il-bejgħ.
Il-Fondazzjoni ħarġet bosta miżuri varji kif wieħed ikun jista’ jirregola dan l-abbuż fosthom restrizzjoni fuq il-kwantità; restrizzjoni tal-bejgħ matul il-lejl, idealment bejn l-10pm u l-5am li jista’ jinkludi bejgħ online. Dan apparti l-appel bi tweħħil ta’ tikketti ta’ twissija fuq prodotti tal-ossidu nitruż u li l-bejjiegħa jkunu obbligati jżommu rekords tal-bejgħ biex jivverifikaw li l-bejgħ kien wieħed legali.
//= $special ?>