Lokali Saħħa

Il-Gvern Laburista għadu ma weġibx dwar l-iżvilupp ippjanat f’Mater Dei

Il-Gvern Laburista għadu ma weġibx fil-Palament jekk sarux testijiet fuq il-fondazzjoni tal-binja tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei biex jinbnew sulari ġodda fuq din il-binja.

Il-mistoqsija dwar jekk sarux dawn l-istudji saret fil-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo li staqsa wkoll jekk jistax il-Ministru tas-Saħħa jqiegħed fil-Parlament ukoll kopja ta’ dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

It-tweġiba mill-Ministru Jo Etienne Abela għal din il-mistoqsija sempliċi iżda f’waqta, kienet li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’seduta oħra.

Is-setttur tas-saħħa ilu għal żmien twil fi kriżi kontinwa u bi kritika qawwija li taħt din l-amministrazzjoni, Gvern Laburista baqa’ ma investiex fis-settur tas-saħħa biex jilqa’ għad-domanda li dejjem qed tiżdied għal servizzi fi żmien raġjonevoli għall-poplu hekk kif rajna splużjoni fil-popolazzjoni fl-aħħar snin, bil-Gvern jibqa’ jagħżel li jkabbar l-ekonomija bi tkabbir fil-popolazzjoni.

Rajna wjoll kif il-Gvern Laburista jiġi wkoll ikkundannat mill-Qorti għall-mod li bih innegozja l-bejgħ ta’ tliet sptarijiet pubbliċi, inkluż l-uniku sptar f’Għawdex, bil-Qorti, grazzi għall-pożizzjoni li ħa l-PN, tannnulla l-bejgħ ta’ dawn l-isptarijiet bil-poplu jinsteraq €400 miljun li baqgħu sal-lum mhux fil-bwiet tal-Maltin u Għawdxin.