Il-Kunsill Lokali tal-Imsida ħareġ appell urġenti lill-pubbliku sabiex jevita li jgħaddi miż-żona ċentrali tal-Imsida, hekk kif il-livelli tal-ilma għolew b’mod konsiderevoli minħabba l-maltemp qawwi li laqat il-gżira ilbieraħ.
Fi stqarrija fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, il-Kunsill wera t-tħassib tiegħu għall-kundizzjoni attwali tat-toroq fl-Imsida u saħaq li, jekk mhux għal bżonn, in-nies għandhom jevitaw li jgħaddu minn hemmhekk.
Il-mewġ ta’ xita li laqat lil Malta matul il-lejl u filgħodu wassal għal għargħar f’diversi lokalitajiet, bl-Imsida tkun fost l-aktar milquta.
“Din hija s-sitwazzjoni fl-Imsida bħalissa. Nappellawlkom biex ma tgħaddux minn hawn sakemm mhux għal bżonn għaliex il-livell tal-ilma qed jogħla konsiderevolment,” kiteb il-Kunsill fuq il-paġna ta’ Facebook.
//= $special ?>