Waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li saret ilbieraħ, kompla l-proċess ta’ tiġdid fi ħdan il-PN bl-approvazzjoni ta’ tliet kandidati oħra għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Il-kandidati approvati huma:
- Andrew Agius fuq it-Tielet Distrett Elettorali

- Owen Sciberras fuq il-Ħames Distrett Elettorali

- Josephine Xuereb fuq is-Seba’ Distrett Elettorali

Andrew Agius huwa żagħżugħ u huwa kandidat ġdid li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista għall-ewwel darba. Il-kandidati l-oħra approvati Owen Sciberras u Josephine Xuereb diġà kkontestaw l-aħħar elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista.
Matul il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lil dawn il-kandidati approvati kif ukoll lil oħrajn li diġà wrew interess li jkunu parti mit-tim tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali u li se jkunu approvati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
L-approvazzjoni tal-kandidati tal-bieraħ tkompli mal-proċess li beda lejn tmiem is-sena li għaddiet meta kien approvat l-ewwel grupp ta’ kandidati ġodda għall-elezzjoni ġenerali li jmiss – proċess li għandu jwassal biex il-PN japprova l-kandidati kollha li se jkunu qed jikkontestaw f’ismu l-elezzjoni li jmiss.
//= $special ?>