Is-seed numru 1, it-Taljan Jannik Sinner se jkun qed jilgħab fil-finali tal-Open ta’ Ruma kotnra s-seed numru 3 fid-dinja l-Ispanjol Carlos Alcaraz.
Jannik Sinner għeleb lill-Amerikan Tommy Paul 1-6 6-0 6-3. Kien bidu diffiċli għal Sinner hekk kif tilef l-ewwel set 1-6 iżda minn hemm irkupra u ddomina t-tieni u t-tielet sett. Prestazzjoni simili għal dik tal-kwartifinali meta bl-aktar mod konvinċenti kien għeleb lil Casper Ruud.
Fl-ewwel semifinali ta’ llum, Carlos Alcaraz għeleb lit-Taljan Lorenzo Musetti 6-3 7-6. Kienet partita kumbattuta bejn iż-żewġ tennisti iżda kien l-Ispanjol li ħareġ rebbieħ. F’kummenti wara l-partita stqarr li l-partita kienet waħda diffiċli minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp, fejn qal li l-partita ma kinitx li jilgħab b’mod sabiħ u eleganti iżda li jilgħab b’moħħu u jkun konvinċenti.
//= $special ?>