Juan Ayuso rebaħ is-seba’ stadju tal-Giro d’Italia, minkejja dan il-flokk ir-roża xorta waħda se jittieħed minn Primoz Roglic li minn naħa tiegħu se tela’ fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali.
Ayuso rnexxielu jieħu l-vantaġġ fuq il-grupp li kien miegħu fl-aħħar telgħa biex b’hekk irnexxielu jirbaħ l-ewwel stadju tal-karriera tiegħu b’erba’ sekondi. Sieħbu fit-tim ta’ UAE Team Emirates-XRG Isaac del Toro temm erba’ sekondi wara u kien segwit miċ-ċiklista ta’ Ineos Grenadiers Egan Bernal.
Minkejja dan ir-riżultat se jkun Primoz Roglic li rebaħ il-Giro fl-2023 li se jieħu l-flokk ir-roża wara li qabeż lil Mads Pedersen fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali. Dan l-istadju kien fuq distanza ta’ 168km minn Castel di Sangro sa Tagliacozza u kien l-ewwel stadju fil-muntanji.
L-istadju li jmiss se jkun fuq distanza ta’ 197km minn Giulianova sa Castelraimondo.
//= $special ?>