Internazzjonali Knisja

L-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede f’laqgħa ma’ Papa Ljun XIV

L-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede Frank Zammit kellu l-ewwel opportunità, fis-Sala Clementina fil-Palazz Appostoliku, jiltaqa’ mal-Qdusija Tieghu l-Papa Ljun XIV.

F’post fuq il-midja soċjali Frank Zammit saħaq li malli l-Papa sar jaf li hu propju l-ambaxxatur Malta għal Vatikan – il-Papa kien pront jitbissem. Il-Papa Ljun XIV kemm il-darba ġie Malta. Apparti li qaddes quddies fil-Bażila tal-Mosta bħala Kardinal, Prevost ġie kemm il-darba f’pajjiżna anke minħabba l-irwoli tiegħu fl-Ordni Agostinjana.