Kultura Lokali

Logo u tema għall-edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb żvela l-logo u t-tema li se jiggwidawh fl-organizzazzjoni ta’ edizzjoni oħra tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li dis-sena se ssir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru fl-MFCC, Ta’ Qali.

Xprunati u ispirati mir-rebranding, il-KNK ħa direzzjoni kuraġġuża għall-edizzjoni 2025 tal-akbar avveniment letterarju f’Malta. Dis-sena t-tema ewlenija tal-Festival hi l-bidla trasformattiva… dan jidher fid-disinn tal-logo u anki tat-tema: nikteb mill-ġdid.

Dis-sena l-KNK qed jaħdem ma’ Angele Azzopardi minn UNGL Studio, li se tipprovdi disinn li jolqot u li se jiddistingwi ruħu minn dawk ta’ edizzjonijiet oħra.