Tikber il-pressjoni fuq il-Kabinett ta’ Robert Abela wara li l-Gvern seraq il-Kunsill Lokali tal-Għargħur. Pressjoni li dehret evidenti fil-mod kif Ministri u Segretarji Parlamentari, fl-aħħar sigħat, aġixxew malli affaċċjati bid-domandi ta’ Net News.
Fil-fatt, kemm is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul kif ukoll il-Ministri Michael Falzon, ħarġu jattakkaw il-mistoqsijiet li għamilna meta tlabna l-pożizzjoni tagħhom rigward il-mossa antidemokratika li għamel il-Labour fil-Għargħur.
B’Andy Ellul jinħeba wara l-liġi.
Dan filwaqt li Michael Falzon prova jagħtina lezzjoni ta’ x’inhi demokrazija.
…iżda xorta iddefenda din il-mossa antidemokratika li saret fil-Għargħur, kontra r-rieda tar-residenti.
Ma’ Net News, Andy Ellul irrepeta t-theddida li għamel Alex Agius Saliba fil-Konferenza tal-Labour – li jaf ikun hemm riperkussjonijiet simili f’Kunsilli oħrajn.
Pressat fuq din il-kontroversja li ħoloq il-Partit Laburista stess, il-Ministru Falzon mhux biss ma weġibx iżda għażel li jattakkana b’mod partiġjan.
Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul minn naħa tiegħu wera biċ-ċar li hu kontra li terġa’ ssir elezzjoni fil-Għargħur.
Intant, waqt li provajna nistaqsu lill-Ministru Michael Falzon, spiċċajna imwaqqfa mill-eks ġurnalist tas-Super One Stefan Borg – li huwa preżentatur mal-midja Laburista.
//= $special ?>