Fl-aħħar sigħat, ġie konkluż pjan ta’ evakwazzjoni sabiex it-38 Malti li nqabdu fit-tensjoni li għaddejja fi Tripli, jinħarġu b’mod sigur u jirritornaw lura lejn pajjiżna.
Dan il-pjan tmexxa bl-assistenza tal-Forzi tal-Ordni Libjani, u wassal lill-Maltin minn Tripli għal Misurata.
Il-Maltin bdew il-vjaġġ tagħhom il-Ħamis filgħodu, u waslu Misurata kmieni waranofsinhar.
Jirriżulta li ma kien hemm ebda diffikultà tul dan il-vjaġġ u l-Maltin telgħu abbord titjira kummerċjali mill-ajruport ta’ Misurata u waslu lura Malta.
//= $special ?>