Twissija ċara. Theddid, f’diskors mimli attakki. Ebda sens ta’ rimors għall-fatt li l-Labour mar kontra r-rieda tar-residenti tal-Għargħur.
Din kienet it-theddida fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista, meta Alex Agius Saliba – bħala Deputat Mexxej tal-Labour – indirizza l-Konferenza Laburista li tlaqqgħet din il-ġimgħa. Konferenza li kienet qed issir fl-istess jiem li fihom il-Labour seraq il-Kunsill tal-Għargħur.
B’Alex Axius Saliba jwissi li din l-istess manuvra politika taf issir f’Kunsilli oħrajn fejn in-nies ivvutaw b’mod ċar għall-Partit Nazzjonalista.
Robert Abela, minn naħa tiegħu, għażel li jaħsel kompletament idejh minn dan is-suġġett. U fid-diskors li wassal miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, ma lissinx kelma waħda dwar il-Kunsill tal-Għargħur u l-mod li bih il-Labour ħataf il-poter f’din il-lokalità; kontra l-vot ċar tan-nies li esprimew ruħhom fl-elezzjoni tal-Kunsilli anqas minn sena ilu.
Intant, waqt din il-Konferenza, tfaċċa l-Eks Ministru Laburista Chris Cardona – il-politiku li bħalissa qed jissemma’ ripetutament fil-ġuri dwar il-qtil tal-avukat Chircop u l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
//= $special ?>