Formula 1 Sport

Oscar Piastri u Lando Norris l-aktar veloċi f’Imola, problemi għal Ferrari

(Ritratt: EPA)

Fil-provi tal-Ġimgħa fiċ-ċirkwit ta’ Imola f’Emilia Romagna, is-sewwieqa ta’ McLaren Oscar Piastri u Lando Norris kienu dominanti filwaqt li spikkaw il-problemi fil-brejkijiet fil-karozzi ta’ Lewis Hamilton u Charles Leclerc.

Kien Piastri li għeleb l-isfida ta’ sieħbu fit-tim b’0.025 sekonda filwaqt li s-sewwieq ta’ Alpine b’sorpriża temm fit-tielet post. George Russell ta’ Mercedes u Max Verstappen ta’ Red Bull temmew fir-raba’ u l-ħames post, bis-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc itemm fis-sitt pożizzjoni. Lewis Hamilton minn naħa tiegħu temm fil-11-il post.

Intant is-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni ssir għada fl-4.00pm.