Rebħa minima iżda kruċjali għal Chelsea meta għelbu lil Manchester United bl-iskor ta’ 1-0. Harry Maguire ħaseb li poġġa lil Manchester United fil-vantaġġ wara 16-il minuta, bil-gowl tiegħu jkun imħassar għall-offside permezz tal-VAR. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal 19-il minuta mit-tmiem meta minn cross ta’ Reece James, kien Marc Cucurella li b’daqqa ta’ ras perfetta għeleb lil Andre Onana.
Pass importanti għal Aston Villa hekk kif kollox se jkun deċiż fl-aħħar ġurnata dwar min se jkun qed jikkwalifika għall-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej wara rebħa ta’ 2-0 fuq Tottenham. Il-partita żvolġiet wara l-mistrieħ meta kien mas-siegħa logħob li t-tim ta’ Unai Emery mar fil-vantaġġ permezz tad-difensur Ingliż Ezri Konsa. Villa rdoppjaw u għalqu l-partita fit-73 minuta permezz ta’ Boubacar Kamara.
//= $special ?>