Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ippubblikat reġistru elettorali rivedut ippubblikat fid-29 ta’ April, 2025.
Dawk il-persuni li saru ċittadini ta’ Malta b’naturalizzazzjoni jew b’reġistrazzjoni u dawk li għandhom ċertifikat ta’ ċittadinanza doppja għandhom id-dritt ikunu reġistrati bħala votanti f’dan ir-reġistru jekk, fil-31 ta’ Marzu, 2025, kellhom il-kwalifiki meħtieġa skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta u skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354).
Għalhekk, dawn il-persuni huma mħeġġa jivverifikaw li jidhru bħala votanti fl-imsemmi reġistru. Min ma ġiex inkluż f’dan ir-reġistru, jista’ jippreżenta appell lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar it-Tlieta l-20 ta’ Mejju, 2025, sabiex jitlob li ismu jiddaħħal f’dan ir-reġistru.
Kull min jixtieq jippreżenta appell jista’ jikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali fin-Naxxar jew fir-Rabat, Għawdex.
//= $special ?>