Il-ġurati, fil-preżenza tal-erba’ akkużati, ittieħdu f’diversi postijiet marbuta mad-delitt ta’ Carmel Chircop u f’zoni oħra ta’ interess. Dan hekk kif il-membri tal-ġurija intwerew ir-rotta kollha li għaddew minnha l-akkużati wara l-qtil tal-avukat Chircop.
Huma ttieħdu wkoll fil-Marsa, fil-post fejn intermiet l-arma li minnha ġew sparati t-tiri.
Aktar kmieni, hekk kif issokta dan il-ġuri, Wistin Grixti spjega kif kien hu l-ewwel persuna li sab lill-avukat Carmel Chircop mejjet fejn il-karozza tiegħu fil-garaxx.
Fix-xhieda tiegħu, f’indirizz li għamel lill-ġurati, Grixti – li joqgħod madwar ħames minuti ‘l bogħod fil-post tad-delitt – spjega kif kien ra l-bieb tal-garaxx ta’ Chircop miftuħ.
Huwa kien nnota saqajn persuna mal-art ħerġin mill-bieb. Grixti ftakar kif kien għajjatlu iżda ma kellux tweġiba lura u kien hawnhekk fejn mar ħdejh. Hu sabu wiċċu ‘l fuq b’żewġ feriti… bix-xhud jgħid illi idu l-leminija kienet għadha tiċċaqlaq.
//= $special ?>