Futbol Sport

Borussia Dortmund iwettqu dak li f’Jannar deher impossibli u jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar ġurnata tal-Bundesliga seħħ dak li ftit tax-xhur ilu deher li kien impossibli meta f’Jannar li għadda Borussia Dortmund kienu fil-11-il post tal-klassifika. Iżda llum fl-aħħar ġurnata rnexxielhom jiksbu post fil-UEFA Champions League għall-istaġun li ġej għall-10 sena konsekuttiva.

Fil-partita ta’ llum għelbu lil Holstein Kiel 3-0 bil-gowls ikunu skorjati minn Serhou Guirassy, Marcel Sabitzer u Felix Nmecha. F’partita oħra li kienet deċiżiva wkoll kienu Eintracht Frankfurt li f’konfront dirett għelbu lil Freiburg 3-1 biex b’hekk Eintracht Frankfurt kisbu post fil-UEFA Champions League filwaqt li Freiburg se jilagħbu fl-UEFA Europa League.

B’hekk Bayern Munich huma ċ-champions tal-Ġermanja filwaqt li Bayer Leverkusen, Eintracht Frankfurt u Borussia Dortmund se jilagħbu fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej.

Ir-riżultati kollha:

Augsburg v U. Berlin 1-2

B. Dortmund v H. Kiel 3-0

B. M’gladbach v Wolfsburg 0-1

Heidenheim v W. Bremen 1-4

Freiburg v E. Frankfurt 1-3

Hoffenheim v B. Munic 0-4

Mainz v B. L’kusen 2-2

RB Leipzig v Stuttgart 2-3

St. Pauli v Bochum 0-2