Crystal Palace rebħu l-ewwel unur maġġuri fl-istorja tal-klabb meta fil-finali tal-FA Cup kotnra kull mistenni għelbu lil Manchester City bl-iskor ta’ 1-0.
Kienu Crystal Palace li kellhom l-aktar mill-inizjattiva tal-logħob matul id-disgħin minuta kollha. L-ewwel kontroversja tal-partita tasal wara biss ftit minuti meta minn ballun fit-tul il-goalkeeper ta’ Crystal Palace Dean Henderson deher li mess il-ballun b’idu barra l-kaxxa, bir-referee jagħżel li jħalli l-logħob għaddej.
Il-gowl li kien dak li ddeċieda l-partita wasal wara 16-il minuta meta kien kontrattakk tajjeb ta’ Crystal Palace meta minn cross fil-baxx ta’ Daniel Munoz kien l-istilla tal-klabb Eberechi Eze li xeħet wara Stefan Ortega.

B’Manchester City jippruvaw iwettqu reazzjoni, huma ngħataw ċ-ċans li jagħmlu dan fit-36 minuta meta Tyrell Mitchell deher iwaqqa lil Bernardo Silva fil-kaxxa bir-referee Stuart Attwelll jordna penalty. Mill-ħdax-il metru kien Omar Marmoush li ra lil Dean Henderson isalva f’żewġ tentattivi.

Daniel Munoz ħaseb li għamel l-iskor 2-0 għal Palace fit-58 minuta iżda l-gowl tiegħu kien imħassar permezz tal-VAR minħabba offside. Minkejja l-pressjoni ta’ Manchester City lejn it-tmiem, Crystal Palace żammew sat-tmiem biex b’hekk it-tim ta’ Oliver Glasner se jitniżżel fl-istorja tal-klabb. B’dan l-unur ukoll fl-istaġun li ġej Crystal Palace se jkunu qed jilgħabu fl-Ewropa. F’Awwissu li wkoll se jkunu qed jilagħbu fil-finali tal-Community Shield kontra r-rebbieħa tal-Premier League Liverpool.
//= $special ?>