Fil-jum illi 26 kantant se jkunu qed iwasslu l-prestazzjoni tagħhom f’Basel, bit-tama li jingħataw it-titlu ta’ rebbieħa tal-Eurovision Song Contest 2025 – Miriana Conte qed tibqa’ tisraq il-headlines internazzjonali.
Sky News u anke CNN għażlu ir-ritratt tal-kantanta Maltija Miriana Conte meta xeħtu lista ta’ kanzunetti li wieħed għandu jżomm għajnejh fuqhom għall-finali tal-lejla.
Fil-post li ppubblika Sky News, kienu bosta li kkummentaw fil-pożittiv dwar il-prestazzjoni ta’ Miriana. Fejn kien hemm min saħanistra ddikjara illi kienu impressjonati bil-prestazzjoni ta’ Malta wara snin assenti mill-finali.


Dan filwaqt li oħrajn ikkummentaw li minkejja li l-kanzunetta kellha tinbidel minħabba l-EBU, u l-kelma ‘Kant’, xorta waħda rnexxielha toħroġ bi prestazzjoni impekabbli.
