Matthew Guillaumier reġa’ kien fost l-iskorers ta’ Stal Mielec, fl-Ekstraklasa, l-ogħla diviżjoni ta’ futbol fil-Polonja f’partita li ntemmet fi draw ta’ 2-2 kontra Radomiak Radom.
Dan kien it-tieni gowl tal-‘Guli’ f’erba’ t’ijiem ma’ Stal Mielec wara li nhar it-Tnejn li għadda hu skorja wieħed mit-tliet gowls fir-rebħa li t-tim tiegħu rrnexxilu jikseb barra minn dahru kontra Puszcza Niepołomice, f’match day 32 tal-Kampjonat Pollak.
B’kollox, dan l-istaġun, l-internazzjonali Malti, Guillaumier, fil-Kampjonat skorja tliet darbiet. Iżda l-gowl li skorja l-bieraħ kien l-isbaħ wieħed, fejn apparti li momentarjament poġġa lil Stal Mielec fil-vantaġġ ta’ 2-1, il-konklużżjoni tiegħu fit-73 minuta kienet waħda stupenda, b’xutt preċiż u b’saħħtu minn barra ‘l kaxxa.
Madankollu Stal Mielec ma rebħux din il-logħba wara li l-avversarju tagħhiom, Radomiak Radom skorjaw il-gowl tad-draw fit-80 minuta għal skor finali ta’ 2-2.
Sfortunatament, id-destin tat-tim li jilgħab miegħu Guillaumier, Stal Mielec hu diġa’ magħruf. Issa li għad fadal logħba waħda mit-tmiem tal-Ekstraklasa, Stal Mielec huma matematikament relegati mill-ogħla diviżjoni Pollaka. Dan il-verdett iwassal sabiex wieħed jibda jistaqsi x’se jkun il-futur ta’ Guillaumier mill-istaġun li ġej, li mingħajr dubju ma jixraqlux jilgħab fit-tieni diviżjoni Pollaka speċjalment wara dak li kien kapaċi juri bħala abiltá fuq livell individwali f’dawn is-sentejn li llu jilgħab f’dan il-pajjiż.
//= $special ?>