Tikber l-istennija għall-aħħar logħba tal-istaġun 2024/25, dik ta’għada l-Ħadd, meta se jkun qed jinżel is-separju fuq staġun sħiħ ta’ futbol Malti bil-finali tal-Meridianbet FA Trophy bejn Birkirkara u Hibernians.
Jumejn qabel din il-logħba, li se tkun qed tara lil dawn it-tnejn jilgħabu kontra xulxin għat-tieni darba fl-istorja fil-finali tal-FA Trophy, il-bieraħ, il-Ġimgħa l-MFA flimkien mal-isponsors ta’ din il-kompetizzjoni, organizzaw konferenza stampa fil-presenza tar-rappreżentanti taż-żewġ klabbs rispettivi, fosthom il-kowċis ta’ Birkirkara u Hibernians.
Għal Hibernians, din il-finali fiha importanza kbira, għaliex l-uniku mod ta’ kif l-istaġun li ġej jistgħu jilgħabu fl-Ewropa, bħala wieħed mill-erba’ timijiet rappreżentanti tal-futbol Malti.
Il-wirja mill-aqwa li l-Pawlisti taw fis-semi-finali kontra Ħamrun Spartans, fejn rebħu 2-1 biex avvanzaw għall-finali, għandha tgħolli l-moral tal-iskwadra mmexxija mill-kowċ Branko Nisevic għal kontra Birkirkara u tnessi staġun diżappuntanti fil-Malta Premier għal Hibernians.
Għal Birkirkara, il-finali ta’ nhar il-Ħadd kontra Hibernians, hija opportunitá f’waqtha biex l-Istripes ipattu għad-diżappunt li tilfu l-Malta Premier fil-finali deċiżva ta’ ġimgħa llu kontra Ħamrun Spartans. L-iskwadra mmexxija mill-kowċ Stefano De Angelis fis-semi-finali tal-Meridianbet FA Trophy, għelbet lil Floriana 2-1.
Birkirkara kontra Ħibernians, il-finali tal-Meridianbet FA Trophy fit-tmiem tal-istaġun 2024/25. Għada, fis-6:30pm fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali.
//= $special ?>