Futbol Sport

Illum il-finali tal-FA Cup

Illum tintlagħab il-finali tal-FA Cup bejn Crystal Palace u Manchester City. Jispikka t-tim ta’ Crystal Palace fil-finali hekk kif jinsab biċ-ċans li jirbaħ l-ewwel unur maġġuri tiegħu wara li diġa tela’ fil-finali ta’ din it-tazza tliet darbiet. Minn naħa l-oħra għat-tim ta’ Manchester City din hija finali mportanti sabiex isalva l-istaġun pjuttost diżastruż li kellhom.

Għal Manchester City din tista’ tkun it-tmien darba li jirbħu dan l-unru bl-aħħar darba li rebħuh kien fl-istaġun 2023 meta dakinhar ħadu wkoll it-treble fejn fil-finali għelbu lil Manchester United 2-1.

Fis-semifinali, Crystal Palace eliminaw lil Aston Villa b’rebħa konvinċenti ta’ 3-0. Minn naħa l-oħra Manchester City għelbu lil Nottingham Forest 2-0. Il-finali tintlagħab f’Wembley Stadium u tibda fil-5.30pm.