Lokali

Jaslu l-ġurati fil-Bidnija fejn se jsir l-aċċess

Ritratt: Martin Agius

L-Imħallef, il-ġurati, l-akkużati u l-avukati tagħhom waslu fil-Bidnija fejn se jkun qed isir l-aċċess.

Matul l-aċċess il-ġurati se jkunu qed jieħdu l-passi li ħadu l-akkużati fil-jiem qabel, fil-jum propju anke fil-jiem ta’ wara l-ġurnata tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Huma se jkunu qed jimxu mill-Bidnija, għall-Police Compound f’Pembroke, mbagħad għat-tinda tal-patata fil-Marsa u fl-aħħar f’garaxx fin-Naxxar.