Ftit tal-ħin ilu, Liverpool attivaw il-klawsola ta’ €35 miljun sabiex jakkwista lil Jeremie Frimpong mingħand Bayer Leverkusen.
Jidher li hemm ukoll ftehim bejn Frimpong u Liverpool u b’hekk se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ ħames snin fil-jiem li ġejjin wara li jsirulu t-testijiet mediċi.
Frimpong se jkun qed jieħu post Trent-Alexnader Arnold li se jkun qed jissieħeb lil Real Madrid fi tmiem l-istaġun.
Intant Frimpong llum ma kienx utilizzat f’dik li kienet l-aħħar partita tiegħu ma’ Bayer Leverkusen fi draw ta’ 2-2 kontra Mainz.
//= $special ?>