Sport Sport Ieħor

Luke Plapp jirbaħ l-ewwel stadju fil-karriera tiegħu

(Ritratt: EPA)

L-Awstraljan Luke Plapp rebaħ l-ewwel stadju tal-karriera tiegħu fit-tmien stadju tal-Giro d’Italia. Iċ-ċiklist ta’ 24 sena ta’ Team Jayco Alula rnexxielu jikseb post fuq quddiem 40km mit-tmiem u rnexxielu jtemm 38 sekonda qabel Wilco Kelderman.

Diego Ulissi temm fit-tielet post u b’hekk irnexxielu jitla’ fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali, biex b’hekk sar l-ewwel Taljan sa mill-2021 li rnexxielu jagħmel dan.

B’hekk Ulissi se jkun qed jilbes il-flokk ir-roża fl-istadju ta’ għada, f’Toscana, ir-reġjun li twieled fih f’distanza ta’ 181km minn Gubbio sa Siena.