Formula 1 Sport

Oscar Piastri fuq quddiem f’Imola

(Ritratt: EPA)

Oscar Piastri se jkun qed jibda fuq quddiem nett f’Imola wara li għeleb l-isfida tas-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen. Hu temm 0.034 sekonda qabel iċ-champions Olandiż.

Fit-tielet post se jibda George Russell filwaqt li Lando Norris se jkun qed jibda fir-raba’ post. Fernando Alonso u Carlos Sainz se jibdew mill-ħames u s-sitt post rispettivament. Alexander Albon se jibda fis-seba’ pożizzjoni filwaqt li Lance Stroll se jkun qed jibda fit-tmien post. Isack Hadjar irnexxielu jagħmilha fid-disa’ post filwaqt li Pierre Gasly se jibda mal-ewwel għaxra.

Iż-żewġ sewwieqa ta’ Ferrari, Charles Leclerec u Lewis Hamilton ma kwalifikawx għall-aħħar sessjoni u se jkunu qed jibdew biss fil-11 u t-tnax-il pożizzjoni. Kimi Antonelli li kien qed jiddebutta fiċ-ċirkwit ta’ pajjiżu se jibda fit-13-il post.

Il-fażi ta’ kwalifikazzjoni kienet dominata mill-inċident li seħħ fil-bidu meta Yuki Tsunoda kien fortunat li ma sofrix ġrieħi gravi f’ħabta kerha.