Tasal il-konferma uffiċjali minn Real Madrid għall-ewwel akkwist tagħhom fl-era l-ġdida tal-klabb ta’ wara l-kowċ Carlo Ancelotti, meta fl-aħħar sigħat Dean Huijsen iffirma mal-Ispanjoli.
Fl-aħħar jiem, il-midja internazzjonali kienet qed tirraporta li l-Madrileni kienu viċin l-akkwist ta’ d-difensur ċentrali ta’ 20 sena, Huijsen għas-somma ta’ €58 miljun mingħand il-klabb tal-Premier League Ingliż, Bournemouth. Hu mifhum li Real Madrid se jkunu qed iħalsu l-ammont totali se jitħallas fit-tliet pagamenti, b’żewġ eks klabbs tal-internazzjonali Spanjol, Huijsen se jkunu qed jirċievu porzjoni minn dan l-ammont li se jirċievu The Cherries.

Juventus se jkunu qed jieħdu 10% filwaqt li l-klabb Spanjol ta’ Malaga, li lagħab magħhom bejn l-2015 u l-2021, se jkunu qed jitħalsu 5% mis-somma ta’ €58 miljun.
L-akkwist imħallas għal Huijsen hu rekord ġdid minn Real Madrid, għaliex hu l-għola prezz li l-klabb Spanjol se jkun ħallas għal difensur. Iċ-ċifra uffiċjali maqbula ma’ Bournemouth, saħansitra tissupera l-ammont li Real Madrid kienu ħalsu għad-difensur ċentrali Brażiljan, Éder Militão fl-2019 mingħand Porto.
Fl-aħħar jiem kienet ikkonfermata l-aħbar li Real Madrid se jbiddlu t-tmexxija teknika, wara li sar magħruf li Ancelotti se jieħu f’idejħ it-tmexxija teknika tat-tim nazzjonali Brażiljan. Is-suċċessur ta’ Ancelotti mistenni jkun Xabi Alonso għalkemm għad trid tasal il-konferma uffiċjali tal-klabb Spanjol dwar din il-ħatra.
Huijsen mistenni jkun disponibbli biex jilgħab għal Real Madrid fil-Tazza tad-Dinja tal-klabbs li se tkun qed torganizza l-FIFA fl-Istati Uniti, bejn l-14 ta’ Ġunju u t-13 ta’ Lulju li ġej.
//= $special ?>