Futbol Sport

Rimonta minn Atalanta fl-aħħar nofsiegħa

(Ritatt: EPA)

Atalanta kisbu rebħa ta’ 3-2 fuq Genoa. Kienu Genoa li marru fil-vantaġġ wara 37 minuta permezz ta’ Andrea Pinamonti. Mattia Bani kellu gowl mħassar bil-VAR qabel il-mistrieħ.

Atalanta ġabu l-iskor indaqs fis-47 minuta permezz ta’ Ibrahim Sulemana. Andrea Pinamonti reġa għamel l-iskor 2-1 għal Genoa. Daniel Maldini għamilhom 2-2 fit-63 minuta qabel ma’ Mateo Retegui skorja l-gowl ta’ 3-2 għat-tim ta’ Gian Piero Gasperini