L-eċitament huwa kbir għas-serata finali tal-Eurovision Song Contest, b’mod speċjali fost il-Maltin hekk kif wara erba’ snin pajjiżna wasal sal-finali grazzi għall-kantanta Miriana Conte u l-kanzunetta ‘Serving’.
B’kollox se jipparteċipaw total ta’ 26 pajjiż – 10 minn kull semi finali, flimkien mal-big 5 u l-pajjiż li qed jospita s-serata tas-Sibt.
Din is-sena il-Eurovision qed isir fl-Iżvizzera l-istess pajjiż fejn sar l-ewwel Eurovision. U Malta se tkun qed tkanta fl-20 post.
Għal din is-serata Michelle Hunziker se tkun qed tingħaqad mal-preżentaturi Hazel Bruggr u Sadra Studer sabiex iwasslu il-finali fid-djar tagħna – fejn miljuni minn madwar id-dinja kollha se jkunu qed isegwu dan l-ispettaklu.
Din is-sena numru ta’ kanzunetti huma fost il-favoriti hekk kif s’issa għad m’hemmx kanzunetta waħda biss li hija fost il-favoriti.
Fil-fatt, fost dawk li l-aktar qed jissemmew hemm il-kanzuentti tal-Isvezja bis-silta Bara Bada Bastu, l-Awstrija bil-kanzunetta Wasted Love, Franza bil-kanzunetta Maman, il-Filandja bis-silta Ich komme u l-Olanda bil-Kanzunetta C’est La Vie.
Interessanti l-fatt li Malta għadha mal-ewwel 10 fost il-bookmakers flimkien ma’ Iżrael bil-kantanta Yuval Raphael – kantanta li qed toħloq kontroversja kbira fost dawk li ma riedux li Iżrael jieħu sehem f’dan il-konkors mużikali.
Huwa stmat li xejn inqas minn 180 miljun persuna se jsegwu fuq it-televiżjoni, u 12,400 fl-Arena St. Jakobshalle f’Basel. Bl-atmosfera tal-Eurovision ilha tidomina din il-belt għal ġimgħat sħaħ.
Intant bosta għadhom b’kurżita kbira biex jaraw min se jkunu l-mistiedna speċjali għal waqt l-interval ta’ dan il-konkors. U ħafna għadhom jittamaw li Celine Dion tagħti prestazzjoni qasira.
//= $special ?>