Għal sena oħra ġiet organizzata l-attività tant popolari Festa Fjuri fil-lokalità tal-Iklin….festa li tattira bosta residenti, familji, tfal u anzjani.
Matul din l-avveniment kien hemm bosta attitivitajiet differenti, dwar suġġetti varji relatati man-natura fosthom l-użu tal-ħwawar u l-għasel tan-naħla Maltija. Dan flimkien ma’ attivitajiet u bejgħ ta’ tipi differenti ta’ fjuri li jeżistu f’Malta. Però mhux biss kien hemm ukoll il-bejgħ ta’ prodotti li huma magħmulin mill-fjuri fosthom drink bil-klin u anka kejk bil-fjuri.
Kien hemm ukoll attivitajiet organizzati mill-għaqdiet tal-lokal fosthom l-Iklin Scouts Group u Lija/Iklin Football Youth Academy.
Net News kien preżenti għal ‘Festa Fjuri’ u tkellem mas-Sindku tal-Iklin Dorian Sciberras, illi spjegalna fid-dettal it-tema u l-għan ta’ Festa Fjuri.
L-attivitajiet komplew għaddejin matul il-ġurnata kollha, fejn kien hemm ukoll il-bejgħ ta’ diversi prodotti magħmulin bl-idejn.
F’din l-attività ukoll kien hemm divertiment mużikali permezz ta’ diversi artisti li taw spettaklu lil dawk preżenti.
//= $special ?>