Futbol Sport

Arsenal jikkonfermaw post għall-UCL, Everton jirbħu l-aħħar partita f’Goodison Park

(Ritratt: EPA)

Arsenal ikkonfermaw posthom fil-UEFA Champions League għas-sena d-dieħla hekk kif għelbu lil Newcastle United 1-0. B’din ir-rebħa huma kkonfermati ukoll fit-tieni post.

Declan Rice skorja l-gowl tar-rebħa fil-55 minuta minn assist ta’ Odegaard.

Everton kisbu l-għaxar rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Southampton fl-aħħar partita f’Goodison Park, hekk kif it-Toffees se jiċaqilqu għall-grawnd ġdid bl-isem ta’ Everton Stadium. L-iskor finali kien 2-0, b’Ilman Ndiaye jiskorja żewġ gowls fl-ewwel taqsima.

Nottingham Forest kisbu rebħa importanti fil-mixja tagħhom lejn l-Ewropa meta għelbu lil West Ham United 2-1 fil-London Stadium.

Din il-partita tkun l-aħħar logħba ta’ Vladimir Coufal u Aaron Cresswell fil-London Stadium hekk kif iż-żewġ difensuri laterali se jħallu l-klabb meta jiskadi l-kuntratt f’Ġunju. Se jħalli l-klabb ukoll Lukasz Fabianski, madankollu l-goalkeeper Pollakk ta’ 40 sena ma kienx involut f’din il-logħba.

Fulham għelbu lil Brentford bl-iskor ta’ 3-2. Raul Jimenez jiskorja wara 16-il minuta, qabel Bryan Mbuemo jillivela fit-22 minuta. L-istess Mbuemo jkollu ċ-ċans li jirdoppja 6 minuti wara, madankollu huwa falla l-penalty mogħti lilu mill-foul ta’ Kevin Schade

Yoane Wissa skorja l-gowl li tefa’ lil Brentford momentarjament fil-vantaġġ fit-43 minuta.

Fulham jiskorjaw żewġ gowls fit-tieni taqsima f’temp ta’ żewġ minuti biex ħadu r-rebħa, l-ewwel ikun Tom Cairney fit-68 minuta, segwit minn Harry Wilson fis-70 minuta.

Leicester City għelbu lil Ipswich Towno 2-0. Gowls minn Jamie Vardy fit-28 minuta u Kasey McAteer fid-69 minuta.