JJ irnexxielu jrebbaħ lil pajjiżu id-69 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘Wasted Love’ b’total ta’ 436 punt, sabiex issa, l-Awstrija kisbet id-dritt li tospita l-Eurovision tas-sena d-dieħla.
L-Austria kienet fost il-favoriti li tirbaħ il-Eurovison ta’ din is-sena. Dan filwaqt li skont il-bookmakers tal-Eurovision, l-Izvezja kellha tirbaħ dan il-festival tant prestiġjuż u fost l-aktar segwit fl-Ewropa.
Fit-tieni post tal-Eurovision ikklassifikat l-Iżrael bil-kanzunetta ‘New Day Will Rise’ b’357 punt, u fit-tielet post ikklassifikat Estonia bil-kanzunetta ‘Espresso Macchiato’, fejn b’kollox ġabet 356 punt.

Minkejja wirja eċċellenti, Miriana Conte bil-kanżunetta ‘Serving’ ikklassifika fis-sbatax-il post fejn b’kollox kisbet 91 punt.
F’St Jakobshalle arena f’Basel, is-serata finali tal-Eurovision Song Contest kienet ippreżentata minn Hazel Brugger, Sandra Studer, u Michelle Hunziker. Dawn il-preżentaturi huma magħrufa għall-esperjenza tagħhom fis-settur mużikali u l-karattri tagħhom individwali.
It-tema magħżula għall-edizzjoni tal-lejla kienet “Merħba id-Dar”, bħala ċelebrazzjoni tal-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni li saret fl-istess pajjiż li rnexxilu jilqa’ eluf ta’ persuni fl-Isvizzera lura fl-1956.
Din it-tema tgħaqqad storja, tradizzjoni, u unjoni, u tirrappreżenta l-ambjent ospitabbli tal-Isvizzera li, 69 sena wara, qed jerġa’ jospita dan l-avveniment internazzjonali ewlieni fil-qasam tal-mużika.
F’din is-serata Ingrid Sammut iddeċidiet li tuża l-lingwa sabiħa Maltija sabiex tħabbar l-għoti tal-punti tal-Maltin.
