Internazzjonali

Bastiment bil-qlugħ jibqa’ dieħel f’Brooklyn Bridge – żewġ vittmi u numru ta’ feruti

Żewġ persuni tilfu ħajjithom wara li bastiment navali Messikan baqa’ dieħel f’Brooklyn Bridge, fi New York. Il-każ seħħ tard is-sibt bil-lejl.

Il-bastiment kellu 277 persuna abbord.

Apparti l-vittmi, kien hemm 19-il persuna li weġġgħu gravi.

Nies li kienu f’din iz-zona tant popolari ta’ New York irrakkuntaw kif kien hemm mumenti ta’ paniku kbir malli l-arbli tal-bastiment weħlu mal-pont – għalkemm l-istruttura innifisha ma sofriet ebda ħsarat notevoli.