Dalgħodu, waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Valletta FC, Claudio Grech kien konfermat bħala President tal-klabb għat-tliet snin li ġejjin.
Grech ingħata vot b’saħħtu mill-membri tal-klabb ta’ Valletta FC, fejn il-vot kien wieħed unanimu u sigriet.
Grech ilu sena President ta’ Valletta FC u kien kruċjali fil-bidla li ġab fit-tmexxija tal-klabb, biex f’mument diffiċli li għaddha minhu l-klabb, mhux biss reġa’ ġab il-finanzi tal-klabb fis-sod imma flimkien mal-amministrazzjoni tal-klabb, kowċ, staff tekniku u plejers, il-Beltin kisbu promozzjoni immedjata għall-Malta Premier.
//= $special ?>