Internazzjonali

Diversi delegazzjonijiet preżenti għall-quddiesa tal-Papa fi Pjazza San Pietru

Il-President tal-Parlament Ewropew u MEP Maltija Roberta Metsola attendiet il-quddiesa li biha qed jingħata bidu għall-pontifikat ta’ Papa Ljun XIV. Hi tinsab parti mid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen li kienu bilqiegħda ħdejn il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy.

Il-President Metsola sostniet li kien unur li tiltaqa’ mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Ljun XIV, u li l-vuċi tiegħu se tkun waħda qawwija favur il-paċi, l-imħabba u l-umanità komuni tagħna.