Internazzjonali

Gaza: L-isptarijiet qed ibatu mill-impatt tal-konflitt — b’Iżrael jirranka l-assedju

.

Is-sorsi Palestinjani f’Gaza, fl-aħħar sigħat, qalu li sptar ewlieni f’Beit Lahia kien qed ikun assedjat mill-qawwiet ta’ Iżrael li qed jippruvaw jeliminaw lit-terroristi tal-Ħamas fl-inħawi.

F’din is-sitwazzjoni, il-pazjenti u l-ħaddiema mediċi spiċċaw mira indiretta għall-isparar qawwi u bir-riżultat li l-ħidma medika – flimkien mat-trasport tal-pazjenti u l-provvisti meħtieġa – kellhom jieqfu għal żmien indeterminat.

Iżrael għadu deċiż li jkompli jattakka l-ibnadi ta’ Gaza – inklużi z-zoni taċ-ċivili – bħala parti mill-kampanja biex jikkontrolla t-territorju meqjus bħala ‘bażi għat-terrur’.

L-isptar taħt assedju kien ingħata mill-Indoneżja lin-nies ta’ Gaza u fl-aħħar sigħat, il-militar Iżraeljan kien qed iżid il-kampanja militari fost l-akbar mewġiet ta’ attakki għal ġimgħat….Dan ukoll fost rapporti li waqfu jinffunzonaw talanqas tlett sptarijiet għall-pubbliku fin-naħa ta’ fuq ta’ Gaza.