Internazzjonali

Il-Portugall: Jivvutaw fit-tielet elezzjoni ġenerali fi tliet snin

L-elezzjoni ġenerali – it-tielet waħda fi tliet snin — li qed issir bħalissa fil-Portugall hi anki t-tieni waħda (konsekuttiva) dovuta għal kontroversja kbira relatata mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

L-aħħar elezzjoni, f’Marzu tal-2024, intrebħet minn Luis Montenegro tal-Alleanza Demokratika li hi entità taċ-ċentru-lemin….Il-votazzjoni partikulari kienet xprunata mir-riżenja tal-Prim Ministru ta’ qablu, is-Soċjalista, Antonio Costa, li kien qed jissemma b’konnessjoi ma’ xi irregolaritajiet fl-għoti tal-kuntratti mill-Istat.

Intant, Costa qatt ma kien iddikjarat uffiċjalment bħala suspettat u meta hu, illum, qed jokkupa r-rwol ta’ President tal-Kunsill Ewropew.

Intant, fl-aħħar ġimgħat, l-interessi kummerċjali ta’ Montenegro ukoll spiċċaw taħt skrutinju – bl-attenzjoni taqa’ fuq kumpannija li kienet twaqqfet qabel hu beda jmexxi lill-partit tiegħu….Kumpannija li, fil-preżent, qed tkun amministrata minn ulied il-Prim Ministru Portugiż.

Montenegro, fil-fatt, kien għadda mozzjoni ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu bħala Prim Ministru – u bil-konsegwenza li tilef il-vot fil-Parlament, b’riżultat li krolla l-Gvern immexxi minnu.

U għalkemm Montenegro hu xorta l-favorit li jirbaħ din l-elezzjoni huma żgħar il-probabbiltajiet li hu jikseb maġġoranza fil-Parlament ta’ Lisbona, magħmul minn 230 deputat.