Internazzjonali

Il-Vatikan: Il-Papa jiltaqa’ ma’ Zelensky…. Itenni ‘l-appoġġ tiegħu għall-Ukrajna’

Il-Papa Leo XIV iltaqa’, f’Ruma, mal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky wara l-quddiesa tal-inawgurazzjoni tiegħu bħala l-Kap ġdid tal-Kattoliċi.

Ftit tal-ħin ilu, Zelensky bagħat messaġġ fuq Telegram fejn irringrazzja lill-Papa ‘għall-appoġġ tiegħu lil-Ukrajna f’dan iż-żmien diffiċli’ waqt li faħħar ukoll lill-Kap tal-Knisja ‘għad-diskors ċar tiegħu fl-interess ta’ paċi ġusta u fit-tul’.

Dan wara li l-Papa kien uża parti mid-diskors lill-folla kbira ta’ devoti fi Pjazza San Pietru biex jenfasizza t-tħassib dwar il-konflitt fl-Ukrajna u l-impatt tal-gwerra għall-umanità.