Futbol Sport

Illejla Napoli jistgħu jsiru champions tas-Serie A

Napoli rebħa l-Kampjonat fl-istaġun 2022/2023 (Ritratt: EPA)

Fi Stadio Ennio Tardini, Napoli llejla jistgħu jsiru champions tas-Serie A jekk jirbħu barra minn darhom għand Parma u Inter jonqsu milli jiksbu l-massimu tal-punti fil-konfront tagħhom. Fil-mument, Napoli jinsabu punt vantaġġ fuq Inter fil-klassifika li minn naħa tagħhom se jkunu qed jilagħbu fl-istess ħin f’darhom kontra Lazio.

Napoli kellhom vantaġġ komdu fil-quċċata tal-klassifika iżda wara d-draw ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Genoa dan il-vantaġġ naqas għal punt wieħed biss.

Jekk kollox jibqa’ kif inhu, iġifieri, il-kampjonat ikollu jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata, is-Serie A qed tikkunsidra li tmexxi l-logħob tal-aħħar ġurnata għal nofs il-ġimgħa minħabba l-possibilità li l-kampjonat ikollu jintemm b”decider’ jekk Napoli u Inter fl-aħħar ġurnata jtemmu bl-istess ammont ta’ punti. Dan se jsir minħabba li fil-31 ta’ Mejju Inter se jkunu qed jilagħbu fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Barcelona u b’hekk id-‘decider’ jintlagħab fi tmiem il-ġimgħa li ġejja u Inter ikollhom ġimgħa mistrieħ qabel il-finali.

Illejla jintlagħbu wkoll il-partita kollha minbarra waħda li ntlagħbet ilbieraħ filgħaxija bejn Genoa u Atalanta.

Il-partiti kollha:

Illum
Roma v Milan 8.45pm
Cagliari v Venezia 8.45pm
Fiorentina v Bologna 8.45pm
Verona v Como 8.45pm
Inter v Lazio 8.45pm
Juventus v Udinese 8.45pm
Lecce v Torino 8.45pm
Monza v Empoli 8.45pm
Parma v Napoli 8.45pm